Wara li fix-xhur li għaddew, deher tama li l-qilla tal-pandemija għaddiet, madankollu, ir-restrizzjonijiet maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa għadhom fis-seħħ. Il-festa ta’ Santa Marija ta’ din is-sena se ssir biss fuq ġewwa minħabba li l-Awtoritajiet tas-Saħħa pprojbixxew milli jsiru festi esterni. Bħala Għaqda ħsibna li għall-festa ta’ din is-sena, nipproduċu dal-filmat ta’ informazzjoni interessanti għall-Gudjani dwar il-festa antika tar-raħal tagħna, ta’ Santa Marija.
Nawguraw ‘l Gudja kollha festa mill-isbaħ.




