Nhar il-Ħadd 19 ta’ Ġunju, SKALI Gudja organizzat attività bl-isem: ‘Il-Gudja – Mil-Lenti tal-Artisti’. F’din l-okkażjoni erba’ aristi esibew diversi biċċiet tal-arti tagħhom b’rabta mal-Gudja, fil-pjazza li wieħed seta’ jżur u jammira. Barra minn hekk, tliet artisti minnhom kienu wkoll qegħdin fi nħawi differenti tal-pjazza ipinġu xeni differenti ta’ dak li naraw fil-misraħ tar-raħal. L-apprezzament tagħna jmur għall-artisti li għamlu din l-attività possibbli. It-talent u d-dedikazzjoni ta’ dawn l-artisti huwa ta’ min japprezzah.









