, , ,

Inawgurazzjoni tas-sistema tad-dawl, awdjo u sigurtà tal-knisja arċipretali

Il-Ħamis 2 ta’ Frar 2023, il-President attenda f’isem l-Għaqda għall-inawgurazzjoni tal-proġett tas-sistema tad-dawl, tal-awdjo u tas-sigurtà tal-knisja arċipretali ta’ Santa Marija tal-Gudja wara x-xogħol kbir li sar matul din l-aħħar sena. Nirringrazzjaw lill-Arċipriet u lil kull min kien involut f’dan il-proġett kbir biex b’hekk issa nistgħu ingawdu fis-sbuħija tiegħu dan il-patrimonju li ħallewlna missirijietna u nistgħu napprezzaw aktar l-arti, l-iskultura u l-arkitettura li bihom hija mżejna l-knisja parrokkjali tal-Gudja


Iktar Aġġornamenti