Ilbieraħ, il-Ħamis 23 ta’ Frar 2023, kienet okkażjoni sabiħa fejn il-membri tal-Kumitat ta’ SKALI Gudja kellhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-membri tal-Għaqda kif ukoll ma’ persuni oħra li ġew jiltaqgħu magħna fil-P.O.s bar fil-pjazza tal-Gudja. Minbarra li kellna l-opportunità li nitkellmu ma’ dawk li ngħaqdu magħna għal din l-attività, kellna wkoll iċ-ċans li nilagħbu logħba jew tnejn darts! Kienet ukoll okkażjoni li fiha lqajna magħna membri ġodda fl-Għaqda.











