Taf li l-Gudja għandha Ġnien tal-Kmand? U min ikkommisjona dawn il-ġonna fl-irħula Maltin? Sib ir-risposta għal dawn il-mistoqsijiet f’dan il-filmat qasir li qiegħda tippubblika SKALI Gudja, bin-narrazzjoni ta’ Grupp Żgħażagħ Gudja. Dan huwa it-tieni episodju ta’ din is-sensiela bl-isem ta’ ‘Kont taf li?’ li ser tkun qiegħda tiġi ppubblikata ġimgħa iva u ġimgħa le fuq il-mezzi soċjali. F’dan l-episodju, Matthew Degiorgio jirrispondi il-mistoqsijiet t’hawn fuq filwaqt li jgħaddielna iktar informazjoni fuq il-Ġnien tal-Kmand tal-Gudja.
L-episodji li jmiss ser ikunu qed jiġi ppubblikati fuq il-paġna ta’ Facebook, Instagram u kif ukoll fuq YouTube. Segwu dawn il-paġni soċjali sabiex iżżommu ruħkom aġġornati ma din is-sensiela u ħafna aktar.
