, , , ,

Petizzjoni kontra l-għoli propost ta’ Skyparks 2

Bħala SKALI Gudja bdejna din il-petizzjoni biex noġġezzjonaw għall-għoli tal-propost Skyparks 2 ġewwa l-Ajruport ta’ Malta, viċin il-kappella ta’ Birmiftuħ. L-applikazzjoni PA/05708/22 qed tipproponi l-bini ta kumpless massiv ta’ l fuq minn tmien sulari. Inħeġġu lill-Gudjani, ġirien u l-poplu kollu jingħaqad magħna biex nipproteġu lir-raħal tagħna minn dan il-bini massiċċ.

“Jekk dan il-proett jiġi approvat, Skyparks 2 se joħloq impatt negattiv kbir fuq ir-raħal tal-Gudja, speċjalment fuq il-Kappella ta’ Bir Miftuħ. Ejja nissalvagwardjaw il-patrimonju kulturali, l-estetika u l-kuntest ta’ dan ir-raħal imsawwar bi storja,
kultura u natura imprezzabbli.
Din il-petizzjoni se tintbagħat lil Prim Ministru, Malta International Airport, l-Awtorità tal-Ippjanar, is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u l-Ministeru Tal-Kultura.”

 Il-bini kif ser jidher minn Dawret il-Gudja
Il-bini kif ser jidher minn Birmiftuħ

Iffirma il-petizzjoni hawn: https://chng.it/Z97MmKZsjV


Iktar Aġġornamenti