Nhar il-Ħadd li għadda SKALI Gudja tellgħet l-attività Il-Gudja: mil-Lenti tal-Artist ġewwa Birmiftuħ. F’din l-attività kien hemm il-preżenza ta’ seba’ artisti li bdew ipinġu l-ambjent ta’ dan il-post minn angoli differenti. Interessanti l-individwaliżmu ta’ kull artist. Dan għaliex kull artist għażel li jpinġi bl-istil uniku tiegħu l-istess ambjent li jdawwar dan il-post. Fil-Kappella ta’ Birmiftuħ kien hemm esebezzjoni għaddejja tal-istess artisti li kienu qegħdin ipinġu u kif ukoll ta’ oħrajn. Barra minn hekk persuna mill-Għaqda Din l-Art Ħelwa ħadet ħsieb li ddawwar in-nies preżenti mal-Kappella u l-ġnien tagħha waqt li tgħaddi tagħrif storiku. Fl-aħħar tal-attività l-artisti nġabru fil-Kappella u ngħataw ċertifikat tal-parteċipazzjoni tagħhom.






























Ritratti grazzi lill S. James Photography




