
BIEBuGĦATBA
Proġett ġdid bl-isem BIEBuGĦATBA, li jfittex li jagħti tislima xierqa lejn l-estetika tal-arkittettura tad-dar Gudjana. Il-ħabbata, il-kaxxa tal-ittri, il-lavur iddettaljat tas-saljaturi, il-ħadid tal-loġġ u l-għaġna tal-ġebla Maltija huma fost il-karatteristiċi li jsebbħu l-ambjent urban Gudjan li ser jitpoġġew taħt il-lenti fotografika.
Għalhekk qed jittellgħu diversi ritratti ta’ wħud mill-faċċati ta’ dan ir-raħal. L-għajn u d-dettall tal-fotografu Gudjan Glen Slattery Photography dejjem ser joffru perspettiva ġdida lejn din l-arkitettura tad-dar Gudjana.

Rokna Botanika / Ir-Rokna l-Ħadra
Sensiela oħra mħejjija minn SKALI Gudja bl-isem Ir-Rokna l-Ħadra.
Ħafna drabi waqt li nkunu għaddejjin nagħmlu xi passiġġata fit-toroq rurali tal-Gudja ngħaddu minn ħdejn għadd kbir ta’ pjanti u fjuri li nqisuhom ‘slavaġ’. Mhux l-ewwel darba li niġu f’dilemma x’jissejħu u l-funzjoni importanti li dawn għandhom. L-iskop ta’ din is-sensiela huwa li tlaqqagħna u nsiru nafu għadd ta’ fatti interessanti ma’ din id-diversità naturali li nsibu fil-kampanja naturali ta’ raħalna

Il-Kurċifiss
Għaż-żmien tar-Randan 2022, SKALI Gudja ħadet ħsieb li taħdem ma’ Crocefisso – Wirja tal-Kurcifissi biex tittella’ s-sensiela ġdida IL-KURĊIFISS. Bl-użu tal-fotografija u b’attenzjoni speċjali lejn id-dettall, qed jiġu esposti virtwalment numru sabiħ ta’ kurċifissi u kif ukoll tagħrif interessanti dwarhom.
Ta’ min jgħid li l-wirja Crocefisso li tittella’ fil-Gudja fiha ’l fuq minn 500 kurċifiss b’qisien u għamliet differenti. F’din il-kollezzjoni privata hemm għadd ta’ kurċifissi li nħadmu mill-id kapaċi ta’ għadd ta’ artisti Maltin waqt li nisbu oħrajn mill-Ewropa kollha, fosthom minn Franza, il-Ġermanja, Spanja, l-Italja u kif ukoll minn Ġerusalemm. Din il-ħidma qiegħda ssir flimkien mas-Sur Jesmond Farrugia.

Minn Qalb in-Niċċa
Fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ SKALI Gudja ingħatat bidu għal sensiela ġdida oħra, fejn ser tingħaddha informazzjoni storika u reliġjuża fuq kull niċċa li hawn imxerrda fit-toroq tal-Gudja. Dan dejjem b’dokumentazzjoni fotografika xierqa.

Kont taf li?
Fuq il-paġni soċjali ta’ SKALI Gudja ingħatat bidu għal sensiela ġdida u interessanti bl-isem ta’ ‘Kont taf li?’, ġabra ta’ kurżitajiet relatati mall-Gudja u l-istorja tagħha. Permezz ta’ filmati qosra, din is-snsiela ser tgħaddielkom stejjer informattivi, bin-narrazzjoni ta’ Grupp Żgħażagħ Gudja


