Proġett ġdid bl-isem BIEBuGĦATBA, li jfittex li jagħti tislima xierqa lejn l-estetika tal-arkittettura tad-dar Gudjana. Il-ħabbata, il-kaxxa tal-ittri, il-lavur iddettaljat tas-saljaturi, il-ħadid tal-loġġ u l-għaġna tal-ġebla Maltija huma fost il-karatteristiċi li jsebbħu l-ambjent urban Gudjan li ser jitpoġġew taħt il-lenti fotografika.
Għalhekk qed jittellgħu diversi ritratti ta’ wħud mill-faċċati ta’ dan ir-raħal. L-għajn u d-dettall tal-fotografu Gudjan Glen Slattery Photography dejjem ser joffru perspettiva ġdida lejn din l-arkitettura tad-dar Gudjana.
Bidu: 22 t’April 2021
Sa: 11 ta’ Marzu 2022
