SKALI Gudja

SKALI Gudja

Storja Kultura Ambjent Leħen u Identità

  • Dwar l-Għaqda
    • Il-Bidu ta’ SKALI Gudja
    • Il-Kumitat tal-Għaqda
  • Sħubija
    • Formola ta’ Sħubija
    • Skema ta’ Sħubija
  • Aġġornamenti
    • Sensiliet
  • Agħmel Kuntatt
  • Attivita’: Kunċert fil-Kappella ta’ Birmiftuħ

    Kuncert tal-Milied mill-Kor Santa Cecilia, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Simone Attard ġewwa Birmiftuħ. Inizzjattiva ta’ SKALI Gudja bil-kollaborazzjoni ta’ Din l-Art Ħelwa u l-Kunsill Lokali Gudja.

    Dawk il-ħafna li attendew kellhom l-opportunita’ jsegwu uħud fost ‘l aktar innijiet tal-Milied popolari u jaraw ukoll wirja ta’ presepji minn taħt idejn il-presepisti Gudjani Martin Abela, li kien ukoll ko-ordinatur tal-wirja, Joseph Abdilla, Frankie Grixti u s-soċju Leli Farrugia, fost oħrajn. Dan kollu fl-ambjent u l-atmosfera stupenda li toffri biss il-kappella ta’ Birmiftuħ. Sit bi storja kbira u ta’ importanza sinjifikanti għal Gudjani. Serata sabiħa u ta livell li tixraq f’dawn iż-żminijiet.

    Grazzi kbira lil min ikkontribwixxa; lil Din l-Art Ħelwa, lill-Presepisti Gudjani u l-Kunsill Lokali Gudja, lill-Onorevoli Membri Parlamentari l-Inġ. Mark Anthony Sammut u l-Dr Katya Degiovanni, li kienu preżenti, u lil kull min attenda. Is-serata kienet ipprezentata minn Pat Sansone filwaqt li s-Sur Felix Rizzo, voluntier minn DLH, ta tagħrif storiku dwar il-Kappella u s-Sur John Chasoulidis Abela qara messaġġ minn Martin Abela dwar il-wirja tal-presepji.

  • Attivita’: Wirja ta’ Presepji Artistiċi

    Inawgurazzjoni tal-wirja ta’ presepji artistici gewwa l-Kappella ta Birmiftuħ. Inizzjattiva ohra ta’ SKALI Gudja li apparti li kellha l-għan li żżid l-apprezzament lejn il-Kappella ta’ Birmiftuħ, kellha wkoll l-iskop li tippreżenta xogħlijiet artistiċi f’forma ta’ presepji ta’ livell għoli lill-pubbliku in ġenerali.

    Presepji maħduma b’reqqa u attenzjoni għad-dettal u bl-użu ta’ tekniki varji kemm fil-ħidma tal-pasturi u kif ukoll fil-binjiet jew il-grotti. Dan kollu ma setgħax iseħħ mingħajr il-kollaborazzjoni ma’ Din l-Art Helwa li tat l-opportunita’ li tintuża din il-Kappella, il-presepist Gudjan is-Sur Martin Abela li apparti li esebixxa xogħolijiet minn tiegħu, ikkordina u investa sabiex il-wirja tilħaq l-aspettattiva, is-Sur Joseph Abdilla, s-Sur Frank Grixti li ppreżentaw xogħlijiet minn tagħhom fl-istess wirja u l-familjari tas-soċju Leli Farrugia li awtorizzaw il-wiri ta’ presepju maħdum interament fil-ġebla Maltija.

    Wirja ta livell għoli u dimostrazzjoni tal-imħabba u l-passjoni illi l-presepisti għandhom lejn dan ix-xogħhol artistiku u tradizzjonali li tawgura tajjeb ghal proġetti simili fil-futur. Dankollu jidher hawn taħt fil-filmat ta’ Rayden Mizzi fuq l-attivita’. SKALI Gudja tirringrazzja lil kull min attenda.

  • Attivita’: Wirja Statika ta’ Karozzi Antiki

    Wirja statika ta’ karozzi antiki bil-kollaborazzjoni ta’ Old Motors Club, u Din l-Art Ħelwa u bis-support tal-Kunsill Lokali tal-Gudja. Grazzi kbira lil kull min ha sehem u lil dawk kollha li ġew iżiru din il-wirja. Kienet attività li tagħti gieħ lil min b’tant għozza u dedikazzjoni iżomm u jmantni dawn il-karozzi storiċi f’ambjent uniku li tippreżenta biss il-Kappella ta’ Birmiftuħ wieħed mit-teżori li huwa mżejjen bih dan ir-raħal.

  • Attivita’: Mixja Kulturali mal-Gudja – Heritage Trail

    Il-Ħadd 13 t’Ottubru fl-Okkażjoni taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Jiem Ewropej tal-Wirt, SKALI Gudja organizzat Mixja Kulturali madwar il-Gudja. Matul il-mixja Maria Serpina tat tagħrif storiku dwar diversi siti u monumenti interessanti li jżejnu lil dan ir-raħal. Din il-mixja, li ħaditna madwar it-toroq, sqaqien u mogħdijiet fil-kampanja tal-Gudja tifforma parti minn proġett akbar ta’ Heritage Trail jiġifieri mappa tal-postijiet ta’ interess fil-Gudja u tagħrif qasir dwarhom, li SKALI Gudja qiegħda tipprepara bil-għan li jitnieda aktar tard din is-sena.

    Il-mixja bdiet minn Birmiftuħ fejn is-Sur Rizzo voluntier ma’ Din L-Art Ħelwa qasam ma dawk preżenti tagħrif storiku dwar din il-kappella ġojjel arkitettoniku fil-periferija tal-Gudja, imżejjen b’affreski medjevali li jmorru lura mijiet ta’ snin. Fost is-siti u l-monumenti ta’ interess kien hemm ukoll il-Ġnien tal-Kmand, in-Niċċa tal-Madonna tal-Grazzja, il-Kappella tal-Lunzjata, in-niċċa tal-Madonna taċ-Ċintura, il-Kappella ta’ Santa Katerina, il-Knisja Parrokkjali ddedikata lill-Assunta, diversi niċeċ u l-Kappella Ta’ Loretu fost oħrajn.

    Finalment dawk preżenti setgħu igawdu kikkra te jew kafè u qagħaq ippreparati apposta għall-okkażjoni fuq iz-zuntier tal-Kappella Ta’ Loretu filwaqt li jgawdu l-kampanja naturali u suġġestiva li joffri dan is-sit.

  • Mixja Kulturali mal-Gudja – Heritage Trail

    Fl-Okkażjoni taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Jiem Ewropej għall-Wirt, SKALI Gudja ser tkun qed torganizza Mixja Kulturali madwar il-Gudja. Din il-mixja, li ser toħodna mat-toroq, sqaqien u mogħdijiet fil-kampanja tal-Gudja fejn ser inżuru siti u monumenti storiċi, tifforma parti minn proġett akbar ta’ Heritage Trail jiġifieri mappa tal-postijiet ta’ interess fil-Gudja u tagħrif qasir dwarhom, li qed tipprepara SKALI Gudja bil-għan li jitnieda aktar tard din is-sena.

    Nibdew il-mixja Birmiftuħ u nispiċċaw ġewwa Ta’ Loretu!

    Bħalma nagħmlu s-soltu, ser nispiċċaw il-mixja bi ftit te u kafè u xi tnaqqir. Ejjew u ħudu pjaċir magħna. Ser tingħata informazzjoni storika u interessanti ma’ kull waqfa qasira li ser nagħmlu. Narawkom.

    DATA: 13 ta’ Ottubru 2024
    ĦIN: 4:00pm-5:30pm
    POST TA’ TLUQ: KAPPELLA TA’ BIRMIFTUĦ

  • Mixja f’ Ta’ Loretu

    Dal-filmat huwa bis-saħħa tal-iskema A4U tal-Aġenzija Żgħażagħ

  • Konsultazzjoni Pubblika – Proposti Ambjentali Gudja (3); L-immaniġjar u t-tnaqqis tal-iskart

    English Version of the published document can be found here

    SKALI Gudja qiegħda fi proċess ta’ konsultazzjoni mar-residenti, fuq dokument ta’ proposti marbuta ma’ titjib ambjentali għal-Gudja. Din il-ġabra ta’ proposti ser tiġbor fiha sebgħa u għoxrin (27) proposta għal Gudja iktar ‘ħadra’ u sostenibbli, maqsumin fi tlett taqsimiet; Spazzji Pubbliċi, Trasport u L-immaniġjar u t-tnaqqis tal-iskart.

    Din hija it-tielet u l-aħħar taqsima tad-dokument ‘Proposti Ambjentali Gudja’, li llum qiegħda tniedi l-Għaqda, bil-għan li ġewwa l-Gudja jiġi ġġenerat inqas skart. Jekk tippreferu taqrawh bl-ingliż, tistgħu issibu l-ħolqa fil-bidu ta’ dan l-artiklu, jew taħt din il-formola li permezz tagħha nitolbukom tgħaddulna l-kummenti tagħkom. Iż-żmien għall-pubbliku sabiex jissottometti il-kummenti tiegħu fuq dawn il-proposti jgħalaq nhar il-Ħadd 2 ta’ Lulju 2023. Huwa fil-pjan tal-Għaqda li fi tmiem dal-proċess tkun f’pożizzjoni li tippubblika dawn il-proposti riveduti mir-residenti, u tibda tinkoraġġixxi ‘l-awtoritajiet jimplementaw dawn il-proposti.

    Veduta tal-Kappella Birmiftuħ u il-Knisja Parrokkjali, iffotografat minn SKALI Gudja fl-2020
  • Konsultazzjoni Pubblika – Proposti Ambjentali Gudja (2); Trasport

    English Version of the published document can be found here

    Wara li għaxar tijiem ilu, fl-okkażjoni ta’ Earth Day, SKALI Gudja nediet għall-ewwel darba proċess ta’ konsultazzjoni mar-residenti fuq dokument mimli proposti ambjentali għar-raħal tal-Gudja. Dan id-dokument jiġbor fih sebgħa u għoxrin (27) proposta għal Gudja iktar ‘ħadra’ u sostenibbli, maqsumin fuq 3 kapitli.

    Din hija it-tieni parti tad-dokument ‘Proposti Ambjentali Gudja, bit-tema ta’ Trasport, li qed nippublikaw hawn. Jekk tippreferu taqrawh bl-ingliż, tistgħu issibu l-ħolqa fil-bidu ta’ dan l-artiklu, jew taħt din il-formola li permezz tagħha nitolbukom tgħaddulna l-kummenti tagħkom. Huwa l-għan tal-Għaqda li tmiem dal-proċess tkun f’pożizzjoni li tippubblika dawn il-proposti riveduti mir-residenti, u sabiex tkun tista’ tibda tinkoraġġixxi ‘l-awtoritajiet jimplementaw dawn il-proposti.


    L-aħħar parti ta’ dan id-dokument ser ikun qed jiġi ppubblikat fuq il-webiste tal-Għaqda fil-jiem li ġejjin.

    Ritratt meħud waqt l-attivita’ ‘Nofstanhar ma’ SKALI’ tat-23 t’ April 2023, li organizzat SKALI Gudja
  • Nofstanhar ma’ SKALI Gudja

    Grazzi lil dawk kollha li attendew għall-attività li saret ilbierah fl-inħawi tal-kappella tal-Madonna ta’ Loretu. Kienet attività sabiħa fejn kellna ċans li niltaqgħu magħkom u anki ngawdu l-kampanja sabiħa ta’ madwar il-kappella f’mixja li saret fl-inħawi.

    Minn issa nħeġġukom thallu libera l-Ħadd 21 ta’ Mejju waranofsinhar għall-attività li jmiss.

    Ritratt tal-Kumitat waqt din l-attivita’. Mix-xellug: James Cutajar, Marthese Formosa, Kurt Slattery, Maria Serpina, Joseph Charles Galdes, Bertram Portelli, John Paul Galdes, Christopher Vella u Fabio Scicluna
  • Konsultazzjoni Pubblika – Proposti Ambjentali Gudja (1); Spazzji Pubbliċi

    English Version of the published document can be found here

    Dan it-tmiem il-ġimgħa, fl-okkażjoni ta’ Earth Day li tiġi ċċelebrata mad-dinja kollha fit-22 t’April, SKALI Gudja nediet proċess ta’ konsultazzjoni mar-residenti fuq dokument li jġib l-isem ta’ Proposti Ambjentali Gudja.

    Dan id-dokument jiġbor fih sebgħa u għoxrin (27) proposta għal Gudja iktar ‘ħadra’ u sostenibbli, maqsumin fuq 3 kapitli.

    “Introduzzjojni
    Dawn il-proposti qegħdin jiġu ppreżentati bil-għan li jkollna Gudja iktar konxja
    fuq aspetti ambjentali, kemm bħala lokalità ġeografika u kif ukoll bħala
    residenti. L-għan ewlieni huwa li r-residenti, sidien jew investituri ta’
    stabbilimenti, organizzazjonijiet u kif ukoll l-Kunsill Lokali jaħdmu flimkien
    sabiex iwettqu dawn il-proposti ambjentali.”

    Din hija l-ewwel parti tad-dokument bl-isem ta’ Spazji Pubbliċi, li tistgħu ssibu hawn, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Inħeġġukom taqraw dan id-dokument u tgħaddulna l-kummenti tagħkom permezz ta’ din il-formola, sabiex l-Għaqda tkun f’pożizzjoni li tippubblika dawn il-proposti riveduti mir-residenti, u sabiex tkun tista’ tibda tinkoraġġixxi ‘l-awtoritajiet jimplementaw dawn il-proposti.
    Il-kumplament ta’ dan id-dokument ser ikun qed jiġi ppubblikat fuq il-webiste tal-Għaqda fil-jiem li ġejjin.

    Ritratt meħud waqt il-Mixja Botanika tad-19 ta’ Marzu 2023, li organizzat SKALI Gudja

Din il-websajt qiegħda tiġi sapportjatha minn P.A.L – Pace Associates Ltd

 

Loading Comments...
 

    • Subscribe Subscribed
      • SKALI Gudja
      • Already have a WordPress.com account? Log in now.
      • SKALI Gudja
      • Subscribe Subscribed
      • Sign up
      • Log in
      • Report this content
      • View site in Reader
      • Manage subscriptions
      • Collapse this bar