Karta SKALI
L-iskema ta’ sħubija mal-Għaqda iġġib l-isem ta’ Karta SKALI. Bil-Karta SKALI, il-membri tal-Għaqda għandhom aċċess għal diversi skontijiet u/jew promozzjonijiet li l-Kumitat iħabbar minn żmien għal żmien.

Validità: Is-Sħubija hija valida sal-Laqgħa Ġenerali Annwali li ssir fl-2024
Prezz: Prezz speċjali għal-ewwel sena ta’ €5
L-iskema ta’ sħubija mal-Għaqda SKALI Gudja ħarġet għall-ewwel darba f’Ottubru tal-2022, fejn min kien interessat jingħaqad mal-Għaqda seta’ jesprimi l-interess tiegħu permezz ta’ formola onlajn.
Is-sħubija tiġi valida minn dakinhar li l-Kumitat Ċentrali japprova t-talba ta’ sħubija, hekk kif miktub fl-istatut.
L-ewwel Karta SKALI ħarġet f’Jannar tal-2023, f’format kommemorattiv u sostenibbli u bi prezz speċjali ta’ €5. Qabel il-ħruġ ta’ din l-iskema, SKALI Gudja aċċettat sħubija bla ħlas.
Il-Kumitat tal-Għaqda addotta tliet livelli ta’ sħubija. Membri fil-livelli kollha jibbenefikaw minn promozzjonijiet u skontijiet li l-Għaqda toħroġ minn żmien għal żmien, kif ukoll ikollhom aċċess għall-attivitajiet privati li jsiru għall-membri.
- Livell A: Membru Sħiħ
- Livell B: Membru li ma jistax ikun parti mill-Kumitat ta’ Tmexxija
- Livell Ċ: Membru Affiljat / Onorarju
Membri affiljati huma membri li mhumiex mill-Gudja u / jew mingħajr konnessjoni mal-Gudja. Dawn xorta waħda jistgħu jissieħbu mal-Għaqda, iżda ma jkollhomx vot fil-Laqgħat Ġenerali.



