English Version of the published document can be found here
SKALI Gudja qiegħda fi proċess ta’ konsultazzjoni mar-residenti, fuq dokument ta’ proposti marbuta ma’ titjib ambjentali għal-Gudja. Din il-ġabra ta’ proposti ser tiġbor fiha sebgħa u għoxrin (27) proposta għal Gudja iktar ‘ħadra’ u sostenibbli, maqsumin fi tlett taqsimiet; Spazzji Pubbliċi, Trasport u L-immaniġjar u t-tnaqqis tal-iskart.
Din hija it-tielet u l-aħħar taqsima tad-dokument ‘Proposti Ambjentali Gudja’, li llum qiegħda tniedi l-Għaqda, bil-għan li ġewwa l-Gudja jiġi ġġenerat inqas skart. Jekk tippreferu taqrawh bl-ingliż, tistgħu issibu l-ħolqa fil-bidu ta’ dan l-artiklu, jew taħt din il-formola li permezz tagħha nitolbukom tgħaddulna l-kummenti tagħkom. Iż-żmien għall-pubbliku sabiex jissottometti il-kummenti tiegħu fuq dawn il-proposti jgħalaq nhar il-Ħadd 2 ta’ Lulju 2023. Huwa fil-pjan tal-Għaqda li fi tmiem dal-proċess tkun f’pożizzjoni li tippubblika dawn il-proposti riveduti mir-residenti, u tibda tinkoraġġixxi ‘l-awtoritajiet jimplementaw dawn il-proposti.



