Fl-okkażjoni tal-festa titulari ta’ Santa Marija, ilbieraħ, membri mill-Kumitat tal-Għaqda organizzaw Każinata fejn żaru ż-żewġ soċjetajiet mużikali tar-raħal tagħna La Stella u Marija Assunta u matulhom iltaqgħu ma’ membri mill-Kumitat taż-żewġ soċjetajiet kif ukoll man-nies li kienu preżenti fil-każini. Kienet opportunità sabiħa li fiha stajna niltaqgħu ma’ diversi persuni mill-komunità tagħna. Wara, il-membri żaru wkoll il-POs bar fejn ukoll qattgħu xi ħin mal-persuni li kien hemm preżenti.





