Intervista fuq il-programm Nisġietna

Il-Programm Nisġietna ddedika l-programm tas-27 ta’ Settembru għar-raħal tal-Gudja, fejn intervista permezz ta’ telefonati diversi għadiet u personalitajiet. Fost dawn, il-preżentatur Ray Azzopardi għamel kuntatt mal-President tal-Għaqda SKALI Gudja, Bertram Portelli u miegħu tkellem dwar l-għanijiet tal-Għaqda u l-ħidma tagħha.

“Primarjament kull ittra tal-kelma SKALI tfisser aspett importanti fil-mira ta’ din l-għaqda: Storja, Kultura, Ambjent, Leħen u Identità. SKALI Gudja hija għaqda volontarja, li l-ħsieb tagħha huwa li sservi ta’ taraġ sabiex tippromovi dak kollu li jsawwar r-raħal Gudjan.”

Isimgħu l-intervista li kellu l-President ta’ SKALI Gudja dwar l-Għaqda, dal-lejl fuq il-programm tar-radju Nisġietna.


Iktar Aġġornamenti