Wara li s-sena l-oħra, il-Membru tal-Kumitat, Brandon Caruana, ssottometta r-riżenja tiegħu minn membru fil-Kumitat għal raġunijiet personali, l-Għaqda daħlet fi proċess sabiex teleġġi membru ieħor, sabiex ikompli t-terminu tas-Sur Caruana fi ħdan l-istess kumitat. Nagħtu merħba lis-Sur Christopher Vella, għalliem li għandu ‘l fuq minn 20 sena esperjenza fil-qasam edukattiv, li ser ikun parti mill-Kumitat Eżekuttiv sal-Laqgħa Ġenerali Annwali li jmiss, fl-2024. Il-Kumitat jirringrazzja wkoll lil Brandon Caruana tal-ħidma li wettaq matul l-aħħar tliet snin fl-Għaqda.


Iktar Aġġornamenti