15 ta’ Diċembru 2025 sa 6 ta’ Jannar 2026
Għat-tieni sena konsekuttiva SKALI Gudja, bil-kollaborazzjoni ta’ Din l-Art Ħelwa u l-Presepisti Gudjani, ippreżentat wirja ta’ presepji artistiċi mill-15 ta’ Diċembru 2025 sas-6 ta’ Jannar 2026. Attivita’ li attirat numru konsiderevoli ta’ viżitaturi, inkluż tfal, li kellhom l-opportunita’ jespirmu bit-tpinġija l-idejat tagħhom marbutin ma’ din l-arti.
Kull min attenda seta’ japprezza l-fantasija, l-ħidma u r-reqqa tax-xogħlijiet esebiti. SKALI Gudja tifraħ lill-Presepisti Gudjani, u in partikolari lis-Sur Martin Abela, li flimkien ma’ numru ta’ presepisti rinomati, għal sena oħra ppreżenta b’tant dedikazzjoni wirja ta’ presepji ta’ livell għoli fil-Kappella Medjavali u pittoreska ta’ Bir Miftuħ. Kappella għal qalb il-Gudjani u wirt storiku b’rabta kbira u sinjifikattiva mal-Gudja.
Grazzi kbira tmur lil Din l-Art Ħelwa u s-Sinjuri Felix Rizzo, Peter Grima u Daphne Mangion, kif ukoll l-mistednin distinti u l-membri tal-pubbliku li attenda bi ħġaru. SKALI Gudja hija onorata li pparteċipat f’din l-inizzjattiva u tibqa’ twiegħed kull appoġġ.













