Skip to content
SKALI Gudja

SKALI Gudja

Storja Kultura Ambjent Leħen u Identità

  • Dwar l-Għaqda
    • Il-Bidu ta’ SKALI Gudja
    • Il-Kumitat tal-Għaqda
  • Sħubija
    • Formola ta’ Sħubija
    • Skema ta’ Sħubija
  • Aġġornamenti
    • Sensiliet
  • Agħmel Kuntatt
  • Laqgħa mal-Arċipriet Fr Norman Zammit fid-Dar Parrokkjali

    5 ta’ Ottubru 2026

    Għal din il-laqgħa kienu preżenti l-President Dr Simon Manicolo, l-Uffiċċjal ghar-Relazzjonijiet Pubbliċi Perit John Paul Galdes, Ms Nadia Gatt Gafa’ u Ms Marija Vella.

    F’isem SKALI Gudja, l-President irringrazzja lill-Arċipriet tal-laqgħa, u tal-fiduċja li dejjem wera fil-konfront tal-għaqda u t-tisħiħ tal-kollaborazzjoni magħha. Il-President introduċa l-membri l-ġodda li kienu ssieħbu mal-għaqda din is-sena biex b’hekk din kompliet tiġġedded u l-ħidma tagħha saret aktar iffukata u strutturata. Il-laqgħa ffukat fuq inizzjattivi li xtaqet timbarka fuqhom l-għaqda bil-kollaborazzoni tal-Parroċċa u kif ukoll kif jistgħu jissaħħu attivitajiet li diġa kienu jsiru. Minn naħa tiegħu l-Arċipriet indika xi oqsma fejn SKALI Gudja seta’ jkollha rwol importanti u li kien isostni ħidma oħra li kienet qed issir minn għaqdiet/gruppi oħra fil-parroċċa. Kienet evidenti x-xewqa u l-impenn biex tissaħħaħ dejjem aktar il-kollaborazzjoni għal benefiċċju tar-residenti u l-Parroċċa tal-Gudja.

    Aqsam dan l-Artiklu

    • Tweet
    • Email a link to a friend (Opens in new window) Email

Din il-websajt qiegħda tiġi sapportjatha minn P.A.L – Pace Associates Ltd

Loading Comments...
  • Comment
  • Subscribe Subscribed
    SKALI Gudja

    Have a WordPress.com account? Log in now.

  • SKALI Gudja
    Copy shortlinkView post in Reader
    Manage subscriptionsSign upLog in
    Report this content
    Collapse this bar