Dawk li attendew kellhom l-okkazzjoni japprezzaw xi whud mis-siti ta’ importanza fil-Gudja in partikolari l-Kappelli, u l-Knisja Parrokkjali b’tagħrif dwar l-istorja minn Marija Vella. Dawk li attendew setgħu japprezzaw l-ambjent rurali u kif ukoll il-kampanja li huwa mogħni biha dan ir-raħal fejn rajna wkoll ir-residenza ta’ Victor Pasmore artist modernist Ingliż li għex il-Gudja għal numru ta’ snin.
Il-mixja ntemmet fl-inħawi Ta’ Loretu fejn ħadna te u qagħaq tal-ħmira ppreparati apposta minn Joseph Galdes.









