-

Laqgħa Ġenerali Annwali 2026
“Jiena u sħabi nemmnu fi SKALI Gudja u l-kontribut li din tista’ tagħti għal ġid tal-Gudja u dan il-ħsieb ser ikompli jiggwidana u jmexxina fiz-zmien li ġej” – Presidenti Dr Simon Manicolo Nhar il-Ħadd 1 ta’ Marzu, 2026 SKALI Gudja żammet il-Laqgħa Ġenerali Annwali fiċ-Ċentru Parrokjali. Matul din il-laqgħa, apparti r-rapport amministrattiv u finanzjarju, ġew… Read more
-

Attivita’: Wirja ta’ Presepji Artistiċi fil-Kappella ta’ Birmiftuħ
15 ta’ Diċembru 2025 sa 6 ta’ Jannar 2026 Għat-tieni sena konsekuttiva SKALI Gudja, bil-kollaborazzjoni ta’ Din l-Art Ħelwa u l-Presepisti Gudjani, ippreżentat wirja ta’ presepji artistiċi mill-15 ta’ Diċembru 2025 sas-6 ta’ Jannar 2026. Attivita’ li attirat numru konsiderevoli ta’ viżitaturi, inkluż tfal, li kellhom l-opportunita’ jespirmu bit-tpinġija l-idejat tagħhom marbutin ma’ din l-arti.… Read more
-

Filantropija: Donazzjoni lil Puttinu Cares
Fis-7 ta’ Diċembru, SKALI Gudja, b’kollaborazzjoni mal-Historic Motorcycle Club, Rotta, Din l-Art Ħelwa u l-Kunsill Lokali tal-Gudja, organizzat wirja statika ta’ muturi storiċi u karozzi klassiċi VW f’Birmiftuħ, il-Gudja. Minbarra li l-avveniment ġab flimkien kollezzjonisti u dilettanti f’ambjent medjevali, kellu wkoll aspett filantropiku u l-parteċipanti u dawk li attendew taw donazzjoni li fl-aħħar inġabret is-somma… Read more
-

Attivita’: Għanijiet tal-Milied f’Birmiftuħ
SKALI Gudja bil-kollaborazzjoni ta’ Din l-Art Ħelwa, Growing Owls Child Care Centre u l-Kunsill Lokali tal-Gudja organizzat kunċert tal-Milied fil-Kappella ta’ Birmiftuħ. Din is-sena dan il-kunċert korali u strumentali kellu l-isem Għanijiet tal-Milied f’Birmiftuħ u ġie mtella’ bil-parteċipazzjoni tal-Kor Assumpta Est (il-Kor tal-Parroċċa tal-Gudja) taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Stefan Caruana, il-Kor Maranatha mill-Parroċċa tal-Furjana, taħt… Read more
-

Attivita’: Wirja Statika ta’ Vetturi ġewwa Birmiftuħ
Din is-sena SKALI Gudja bil-kollaborazzjoni mal-Historic Motorcycle Club, Rotta u Din l-Art Ħelwa organizzat wirja statika ta’ muturi storiċi u karozzi VW klassiċi. Din il-wirja minbarra li ġabet flimkien u f’post wieħed u meraviljuz, numru sabiħ ta’ entużjasti u kollezzjonisti kellha l-għan nobbli li jinġabru fondi b’għan filantropiku, din is-sena għal Puttinu Cares Foundation. L-ammont… Read more
-

Attivita’: Serata Mużiko-Letterarja f’ Ta’ Loretu
Il-Ħamis 10 ta’ Lulju 2025, għat-tieni sena SKALI Gudja organizzat serata mużiko-letterarja fuq iz-zuntier tal-Knisja Ta’ Loretu. Għal darb’oħra l-attendenza kienet inkoraġġanti ħafna u kull min attenda kellu kliem ta’ tifħir għal din l-inizzjattiva u l-ħidma ta’ SKALI Gudja favur il-patrimonju Gudjan u t-teżori li huwa mogħni bihom dan ir-raħal. Din is-sena wkoll SKALI Gudja… Read more
-
Aġġornamenti & Aħbarijiet
