SKALI Gudja

SKALI Gudja

Storja Kultura Ambjent Leħen u Identità

  • Dwar l-Għaqda
    • Il-Bidu ta’ SKALI Gudja
    • Il-Kumitat tal-Għaqda
  • Sħubija
    • Formola ta’ Sħubija
    • Skema ta’ Sħubija
  • Aġġornamenti
    • Sensiliet
  • Agħmel Kuntatt
  • Aġġornamenti & Aħbarijiet

    • Taħdita: Mapep Ġodda tal-Assedju l-Kbir 1565

      Taħdita: Mapep Ġodda tal-Assedju l-Kbir 1565

      Għat-tieni sena SKALI Gudja organizzat taħdita fil-Kappella ta’ Birmiftuħ dwar Mapep Ġodda ta’ Żmien l-Assedju l-Kbir 1565. Din id-darba l-preżentazzjoni saret mis-Sur Joseph Schiro, wieħed mill-fundaturi u President tal-Malta Map Society, riċerkatur, studjuż tal-kartografija, awtur u kollezzjonist ta’ mapep u pubblikazzjonijiet antiki ta’ Żmien il-Kavallieri. Is-Sur Schiro għamel preżentazzjoni interessanti ferm dwar riċerka li għamel… Read more

      6th June 2025
    • Għotja lid-Dar tal-Providenza

      Għotja lid-Dar tal-Providenza

      Il-President ta’ SKALI Gudja Dr Simon Manicolo akkumpanjat mit-teżorier, is-Sur Joseph Charles Galdes u l-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi, il-Perit John Paul Galdes żaru d-Dar tal-Providenza fejn iltaqgħu mad-Direttur tad-dar Rev. Fr Martin Micallef. Matul din iż-żjara r-rappreżentanti ta’ SKALI Gudja ppreżentaw is-somma miġbura fl-attività tal-Erbgħa tat-Tniebri, dik ta’ €210. Il-President sostna li din l-attività apparti li… Read more

      4th May 2025
    • Attivita’:  Taħt is-Salib – Fjakkolata f’Jum l-Erbgħa tat-Tniebri

      Attivita’: Taħt is-Salib – Fjakkolata f’Jum l-Erbgħa tat-Tniebri

      16 ta’ April 2025 Qed naqsmu magħkom ftit ritratti tal-attività li SKALI Gudja organizzat bil-kollaborazzjoni tal-Arċipriet Fr Norman Zammit, u l-assistenza tal-Kunsill Lokali tal-Gudja nhar l-Erbgħa tat-Tniebri. Din kienet l-ewwel attività tax-xorta tagħha li segwiet il-funzjoni fil-Knisja Parrokkjali dakinhar u li kellha l-għan li ssaħħaħ l-ispirtu ta’ talb, riflessjoni u karità marbutin mal-Ġimgħa Mqaddsa. Il-ħsibijiet… Read more

      16th April 2025
    • Attivita’: Laqgħa Generali Annwali ta’ SKALI Gudja

      Attivita’: Laqgħa Generali Annwali ta’ SKALI Gudja

      Matul din il-laqgħa is-Segretarju Sur Christopher Vella ppreżenta ir-Rapport Amministrattiv fejn elenka l-attivitajiet li kellha l-għaqda matul l-2024, filwaqt li s-Sur Joseph Charles Galdes ppreżenta r-Rapport Finanzjarju. Fl-indirizz tiegħu l-President Dr Simon Manicolo fakkar l-għanijiet tal-għaqda bħala l-bażi ta’ kull ħidma li din kellha twettaq u filwaqt li rringrazzja lill-membri tal-kumitat għall-hidma tagħhom fi ħdan… Read more

      9th February 2025
    • Laqgħa mal-Arċipriet Fr Norman Zammit fid-Dar Parrokkjali

      Laqgħa mal-Arċipriet Fr Norman Zammit fid-Dar Parrokkjali

      Għal din il-laqgħa kienu preżenti l-President Dr Simon Manicolo, l-Uffiċċjal ghar-Relazzjonijiet Pubbliċi Perit John Paul Galdes u s-Sur Fabio Scicluna. F’isem SKALI Gudja l-President irringrazzja lill-Arċipriet tal-istima u l-fiduċja li dejjem wera fil-konfront tal-għaqda u l-kollaborazzjoni kontinwa. Żied li SKALI Gudja ser tibqa’ tirsisti sabiex fejn hu possibbli jinġiebu fondi biex ikunu finanzjati u jitkomplew… Read more

      7th February 2025
    • Attivita’: Kunċert fil-Kappella ta’ Birmiftuħ

      Attivita’: Kunċert fil-Kappella ta’ Birmiftuħ

      Kuncert tal-Milied mill-Kor Santa Cecilia, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Simone Attard ġewwa Birmiftuħ. Inizzjattiva ta’ SKALI Gudja bil-kollaborazzjoni ta’ Din l-Art Ħelwa u l-Kunsill Lokali Gudja. Dawk il-ħafna li attendew kellhom l-opportunita’ jsegwu uħud fost ‘l aktar innijiet tal-Milied popolari u jaraw ukoll wirja ta’ presepji minn taħt idejn il-presepisti Gudjani Martin Abela, li kien… Read more

      22nd December 2024
    ←Previous Page
    1 2 3 4 … 9
    Next Page→

Din il-websajt qiegħda tiġi sapportjatha minn P.A.L – Pace Associates Ltd

  • Subscribe Subscribed
    • SKALI Gudja
    • Already have a WordPress.com account? Log in now.
    • SKALI Gudja
    • Subscribe Subscribed
    • Sign up
    • Log in
    • Copy shortlink
    • Report this content
    • View post in Reader
    • Manage subscriptions
    • Collapse this bar