SKALI Gudja

SKALI Gudja

Storja Kultura Ambjent Leħen u Identità

  • Dwar l-Għaqda
    • Il-Bidu ta’ SKALI Gudja
    • Il-Kumitat tal-Għaqda
  • Sħubija
    • Formola ta’ Sħubija
    • Skema ta’ Sħubija
  • Aġġornamenti
    • Sensiliet
  • Agħmel Kuntatt
  • Aġġornamenti & Aħbarijiet

    • Attivita’: Wirja ta’ Presepji Artistiċi

      Attivita’: Wirja ta’ Presepji Artistiċi

      Inawgurazzjoni tal-wirja ta’ presepji artistici gewwa l-Kappella ta Birmiftuħ. Inizzjattiva ohra ta’ SKALI Gudja li apparti li kellha l-għan li żżid l-apprezzament lejn il-Kappella ta’ Birmiftuħ, kellha wkoll l-iskop li tippreżenta xogħlijiet artistiċi f’forma ta’ presepji ta’ livell għoli lill-pubbliku in ġenerali. Presepji maħduma b’reqqa u attenzjoni għad-dettal u bl-użu ta’ tekniki varji kemm fil-ħidma… Read more

      17th December 2024
    • Attivita’: Wirja Statika ta’ Karozzi Antiki

      Attivita’: Wirja Statika ta’ Karozzi Antiki

      Wirja statika ta’ karozzi antiki bil-kollaborazzjoni ta’ Old Motors Club, u Din l-Art Ħelwa u bis-support tal-Kunsill Lokali tal-Gudja. Grazzi kbira lil kull min ha sehem u lil dawk kollha li ġew iżiru din il-wirja. Kienet attività li tagħti gieħ lil min b’tant għozza u dedikazzjoni iżomm u jmantni dawn il-karozzi storiċi f’ambjent uniku li… Read more

      1st December 2024
    • Attivita’: Mixja Kulturali mal-Gudja – Heritage Trail

      Attivita’: Mixja Kulturali mal-Gudja – Heritage Trail

      Il-Ħadd 13 t’Ottubru fl-Okkażjoni taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Jiem Ewropej tal-Wirt, SKALI Gudja organizzat Mixja Kulturali madwar il-Gudja. Matul il-mixja Maria Serpina tat tagħrif storiku dwar diversi siti u monumenti interessanti li jżejnu lil dan ir-raħal. Din il-mixja, li ħaditna madwar it-toroq, sqaqien u mogħdijiet fil-kampanja tal-Gudja tifforma parti minn proġett akbar ta’ Heritage Trail jiġifieri mappa tal-postijiet… Read more

      20th October 2024
    • Mixja Kulturali mal-Gudja – Heritage Trail

      Mixja Kulturali mal-Gudja – Heritage Trail

      Fl-Okkażjoni taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Jiem Ewropej għall-Wirt, SKALI Gudja ser tkun qed torganizza Mixja Kulturali madwar il-Gudja. Din il-mixja, li ser toħodna mat-toroq, sqaqien u mogħdijiet fil-kampanja tal-Gudja fejn ser inżuru siti u monumenti storiċi, tifforma parti minn proġett akbar ta’ Heritage Trail jiġifieri mappa tal-postijiet ta’ interess fil-Gudja u tagħrif qasir dwarhom, li qed tipprepara SKALI… Read more

      22nd September 2024
    • Laqgħa mal-Kunsill Lokali tal-Gudja

      Laqgħa mal-Kunsill Lokali tal-Gudja

      2 ta’ Settembru, 2024 SKALI Gudja kellha laqgħa kordjali mal-Kunsill Lokali tal-Gudja mmexxija mis-Sindku s-Sur Romeo Baldacchino. SKALI Gudja kienet rappreżentata mill-President Dr Simon Manicolo u l-membri l-Perit John Paul Galdes PRO u s-Sur Joseph Charles Galdes Teżorier. Waqt introduzzjoni qasira l-President qal li din hija għaqda volontarja bl-għanijiet primarji tagħha huma dawk li tippromwovi… Read more

      4th September 2024
    • Serata Mużiko-Letterarja f’ Ta’ Loretu

      Serata Mużiko-Letterarja f’ Ta’ Loretu

      Nhar l-Erbgħa 10 ta’ Lulju 2024, SKALI Gudja organizzat serata mużiko-letterarja fuq iz-zuntier tal-Knisja Ta’ Loretu. Din is-serata li niżlet tajjeb ferm ma’ dawk kollha li attendew u li kienu numerużi kienet tinkludi tagħrif storiku dwar il-Knisja u l-inħawi Ta’ Loretu minn Fabio Scicluna li ppreżenta wkoll is-serata, qari ta’ poeżiji dwar il-Gudja mill-pinna tal-Gudjan… Read more

      24th July 2024
    ←Previous Page
    1 2 3 4 5 … 9
    Next Page→

Din il-websajt qiegħda tiġi sapportjatha minn P.A.L – Pace Associates Ltd

  • Subscribe Subscribed
    • SKALI Gudja
    • Already have a WordPress.com account? Log in now.
    • SKALI Gudja
    • Subscribe Subscribed
    • Sign up
    • Log in
    • Copy shortlink
    • Report this content
    • View post in Reader
    • Manage subscriptions
    • Collapse this bar