-

Serata Mużiko-Letterarja f’ Ta’ Loretu
Nhar l-Erbgħa 10 ta’ Lulju 2024, SKALI Gudja organizzat serata mużiko-letterarja fuq iz-zuntier tal-Knisja Ta’ Loretu. Din is-serata li niżlet tajjeb ferm ma’ dawk kollha li attendew u li kienu numerużi kienet tinkludi tagħrif storiku dwar il-Knisja u l-inħawi Ta’ Loretu minn Fabio Scicluna li ppreżenta wkoll is-serata, qari ta’ poeżiji dwar il-Gudja mill-pinna tal-Gudjan… Read more
-

Coins minted by the Knights in Malta
Attività oħra minn SKALI Gudja b’kollaborazzjoni ma’ Din l-Art Ħelwa, fil-Knisja ta’ Birmiftuħ nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Mejju, 2024. Taħdita mis-Sur John Gatt, espert u kollezzjonista li twieled Malta iżda li kien emigra ta’ età żgħira flimkien mal-familja tiegħu lejn l-Awstralja. Is-Sur Gatt li kien akkumpanjat minn martu Eileen tkellem fit-tul dwar iz-zekka ta’ Malta… Read more
-

Laqgħa bejn SKALI Gudja u Din l-Art Ħelwa
Fit-22 t’April 2024, il-President u membri tal-Kumitat ta’ Skali Gudja iltaqgħu mal-President il-ġdid ta’ Din l-Art Ħelwa il-Perit Patrick Calleja. Din il-laqgħa li saret fil-Knisja ta’ Birmiftuh kienet waħda kordjali ħafna. Matul il-laqgħa Dr Simon Manicolo filwaqt li feraħ lil Perit Calleja għal ħatra tiegħu bħala President ta’ Din l-Art Ħelwa tenna l-apprezzament tiegħu u… Read more
-

Attivita’: Taħdita fuq l-Ikonografija tal-Mewt u l-Arti Sagra minn Dr Christian Attard
Nhar il-25 ta’ Marzu, 2024 SKALI Gudja organizzat taħdita minn Dr Christian Attard, lettur fid-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta u fil-Malta School of Art, ġewwa l-Kappella tal-Lunzjata bit-tema: ‘L-ikonografija tal-Mewt u l-Arti Sagra’. Tema addattata ħafna għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa. F’din it-taħdita, li kienet ta’ interess u ntlaqgħet tajjeb ħafna minn dawk… Read more
-
Aġġornamenti & Aħbarijiet


