SKALI Gudja

SKALI Gudja

Storja Kultura Ambjent Leħen u Identità

  • Dwar l-Għaqda
    • Il-Bidu ta’ SKALI Gudja
    • Il-Kumitat tal-Għaqda
  • Sħubija
    • Formola ta’ Sħubija
    • Skema ta’ Sħubija
  • Aġġornamenti
    • Sensiliet
  • Agħmel Kuntatt
  • Aġġornamenti & Aħbarijiet

    • Laqgħa Ġenerali Annwali 2023

      Laqgħa Ġenerali Annwali 2023

      SKALI Gudja għajtet ‘l membri tal-għaqda kollha sabiex jiparteċipaw fil-Laqgħa Ġenerali Annwali għas-sena 2023, nhar id-29 ta’ Jannar, ġewwa il-Kappella ta’ Birmiftuħ. Filwaqt li din il-laqgħa kienet opportunità tajba sabiex il-membri jiltaqgħu mal-Kumitat, il-LĠA hija wkoll rekwiżit importanti għal kull għaqda jew entità. Il-President Bertram Portelli laqa’ lil dawk preżenti, b’diskors riflessiv fuq is-sena 2022.… Read more

      31st January 2023
    • Fondi għal SKALI u l-Gudja

      Fondi għal SKALI u l-Gudja

      Bejn ilbieraħ u llum, il-Viċipresident tal-Għaqda, Fabio Scicluna, attenda żewġ ċerimonji simboliċi tal-Għoti tal-Fondi, wara li fl-aħħar ġimgħat tal-2022, SKALI ġiet infurmata li ż-żewġ applokazzjonijiet li ssottomettiet sabiex tikseb xi fondi ġew aċċettati. Ilbieraħ filgħaxija nżammet iċ-ċerimonja tal-iskema A4U tal-Aġenzija Żgħażagħ, preseduta mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, l-Onor. Keith Azzopardi Tanti. F’din iċ-ċerimonja ngħataw… Read more

      13th January 2023
    • Jiem Ewropej tal-Wirt 2022: Ta’ Loretu: Storja ta’ Gwerra u Militar

      Jiem Ewropej tal-Wirt 2022: Ta’ Loretu: Storja ta’ Gwerra u Militar

      Kull raħal viċin il-bażijiet tar-Royal Airforce jiftakar is-Servizzi Ingliżi, u l-Gudja xejn b’inqas. Fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, Malta kellha l-RAF ta’ Ħal Far, Ta’ Kali u Ħal Luqa, li jinsab ftit ’il bogħod mill-Gudja. Ħal Luqa u l-madwar kienu fost l-iktar irħula milquta fil-gwerra, minħabba l-mitjar importanti li kien hemm f’Ħal Luqa. Il-Qrendi u… Read more

      24th October 2022
    • Intervista fuq il-programm Nisġietna

      Intervista fuq il-programm Nisġietna

      Il-Programm Nisġietna ddedika l-programm tas-27 ta’ Settembru għar-raħal tal-Gudja, fejn intervista permezz ta’ telefonati diversi għadiet u personalitajiet. Fost dawn, il-preżentatur Ray Azzopardi għamel kuntatt mal-President tal-Għaqda SKALI Gudja, Bertram Portelli u miegħu tkellem dwar l-għanijiet tal-Għaqda u l-ħidma tagħha. “Primarjament kull ittra tal-kelma SKALI tfisser aspett importanti fil-mira ta’ din l-għaqda: Storja, Kultura, Ambjent,… Read more

      28th September 2022
    • Każinata SKALI; Inżuru l-Każini fil-Pjazza

      Każinata SKALI; Inżuru l-Każini fil-Pjazza

      Fl-okkażjoni tal-festa titulari ta’ Santa Marija, ilbieraħ, membri mill-Kumitat tal-Għaqda organizzaw Każinata fejn żaru ż-żewġ soċjetajiet mużikali tar-raħal tagħna La Stella u Marija Assunta u matulhom iltaqgħu ma’ membri mill-Kumitat taż-żewġ soċjetajiet kif ukoll man-nies li kienu preżenti fil-każini. Kienet opportunità sabiħa li fiha stajna niltaqgħu ma’ diversi persuni mill-komunità tagħna. Wara, il-membri żaru wkoll… Read more

      12th August 2022
    • Jum il-Gudja 2022

      Jum il-Gudja 2022

      Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Gudja (15 ta’ Lulju 2022), SKALI Gudja preparat messaġġ għar-residenti tal-Gudja li ttella’ fuq Facebook. “Illum hu l-jum tal-15 ta’ Lulju, il-jum li fih infakkru jum il-lokalità tagħna, Jum il-Gudja. Ninsabu wkoll xahar biss qabel il-festa ta’ Santa Marija li tgħaqqad lill-poplu tar-raħal kollu f’ċelebrazzjoni waħda.F’dan il-jum importanti għalina l-Gudja, nixtiequ nwasslu… Read more

      16th July 2022
    ←Previous Page
    1 … 5 6 7 8 9
    Next Page→

Din il-websajt qiegħda tiġi sapportjatha minn P.A.L – Pace Associates Ltd

  • Subscribe Subscribed
    • SKALI Gudja
    • Already have a WordPress.com account? Log in now.
    • SKALI Gudja
    • Subscribe Subscribed
    • Sign up
    • Log in
    • Copy shortlink
    • Report this content
    • View post in Reader
    • Manage subscriptions
    • Collapse this bar