-

Intervista fuq il-programm Nisġietna
Il-Programm Nisġietna ddedika l-programm tas-27 ta’ Settembru għar-raħal tal-Gudja, fejn intervista permezz ta’ telefonati diversi għadiet u personalitajiet. Fost dawn, il-preżentatur Ray Azzopardi għamel kuntatt mal-President tal-Għaqda SKALI Gudja, Bertram Portelli u miegħu tkellem dwar l-għanijiet tal-Għaqda u l-ħidma tagħha. “Primarjament kull ittra tal-kelma SKALI tfisser aspett importanti fil-mira ta’ din l-għaqda: Storja, Kultura, Ambjent,… Read more
-

Il-Gudja; mil-Lenti tal-Artist
Nhar il-Ħadd 19 ta’ Ġunju, SKALI Gudja organizzat attività bl-isem: ‘Il-Gudja – Mil-Lenti tal-Artisti’. F’din l-okkażjoni erba’ aristi esibew diversi biċċiet tal-arti tagħhom b’rabta mal-Gudja, fil-pjazza li wieħed seta’ jżur u jammira. Barra minn hekk, tliet artisti minnhom kienu wkoll qegħdin fi nħawi differenti tal-pjazza ipinġu xeni differenti ta’ dak li naraw fil-misraħ tar-raħal. L-apprezzament… Read more
-

Santa Marija: Festa antika fir-raħal tal-Gudja
Wara li fix-xhur li għaddew, deher tama li l-qilla tal-pandemija għaddiet, madankollu, ir-restrizzjonijiet maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa għadhom fis-seħħ. Il-festa ta’ Santa Marija ta’ din is-sena se ssir biss fuq ġewwa minħabba li l-Awtoritajiet tas-Saħħa pprojbixxew milli jsiru festi esterni. Bħala Għaqda ħsibna li għall-festa ta’ din is-sena, nipproduċu dal-filmat ta’ informazzjoni interessanti għall-Gudjani dwar il-festa… Read more
-
Aġġornamenti & Aħbarijiet



