-

Sfreġju li seħħ illum fi trejqa lejn il-Kappella ta’ Birmiftuħ
Huma diversi t-toroq fil-Gudja u fil-pajjiż li dan l-aħħar kienu suġġetti għal proġetti ta’ titjib. Biss f’isem il-progress, faċli npoġġu l-enfasi fuq l-użu tat-toroq minn vetturi bil-magna u nwarrbu l-estetika u l-bijodiversità li nsibu fil-pajsaġġi. Dak li seħħ illum (17 ta’ Lulju 2021) li ngħata l-asfalt fit-trejqa li tagħti minn Triq Birmiftuħ għall-kappella storika li… Read more
-

Stqarrija fuq ix-xogħlijiet fit-toroq Santa Katarina, id-Dejqa u Ġużeppi Pace
[1] Ix-xogħlijiet fi Triq Santa Katarina, Triq id-Dejqa u fi Triq Ġużeppi Pace, issa ilhom li bdew aktar minn sena. Kull xogħol infrastrutturali minnu nnifsu joħloq inkonvenjent għal min joqgħod biswitu jew jiffrekwenta l-akwata. F’dan il-każ l-inkonvenjent huwa wieħed estiż minħabba l-ammont ta’ xhur li qiegħed jieħu biex jitlesta dan ix-xogħol. Minbarra l-inkonvenjent lir-residenti, hemm… Read more
-

Stqarrija fuq il-Proġett ta’ Titjib tar-Roundabout tal-Ajruport
[1] Fl-aħħar xhur tal-2019, Infrastruttura Malta ħabbret l-intenzjoni li ttejjeb is-sitwazzjoni tat-toroq madwar ir-roundabout ta’ ħdejn l-Ajruport, permezz ta’ flyover[2] u mina. L-impatt ta’ dan il-proġett ħasseb lil diversi u l-Għaqda SKALI Gudja tinsab ikkonċernata dwar is-salvagwardjar tal-Katakombi ta’ Ħal Resqun, li jinsabu taħt l-imsemmija roundabout (aqra iktar hawn). Dawn il-Katakombi, minkejja d-daqs tagħhom, huma sinifikanti kemm… Read more
-

Messaġġ mill-President tal-Għaqda Bertram Portelli għall-Milied 2020
Din hija l-ewwel sena tal-Għaqda SKALI Gudja u minkejja l-entużjażmu biex bħala Għaqda nibdew mill-ewwel bl-attivitajiet għall-Gudjani, konna ristretti minħabba li feġġet fuqna l-pandemija tal-Covid-19. Isimgħu x’messaġġ kellu x’jgħaddi l-President għall-Milied ta’ din is-sena partikulari. Read more
-
Aġġornamenti & Aħbarijiet
